Sunday, November 24, 2024

AĦMAR ĦELU W’QARES

Aqra wkoll

‘Aħmar ħelu w’Qares’, hija ir-reazzjoni istintiva tal-artist Darren Tanti għall-mumenti l-aktar profondi f’ħajtu; mumenti  ta’ ferħ bla qies ta’ ħajja twarrad u  mumemti stoiċi mqanqlin mir-riflessjoni dwar tmiem il-ħajja. Għalkemm dawn huma istanti personali fil-ħajja tal-artist, nistgħu ngħidu li kull wieħed u waħda minna jgħaddi minn episodjji bħal dawn, episodji li jagħmluna dak li aħna u li jibqgħu jiġġerrew fil-kurriduri ta’ moħħna tul ħajjitna kollha. Dawn l-istejjer ngħixuhom kuljum u ta’ dan għandna prova tramite l-arti.

Ispirat mir-riflessjoni tiegħu stess, Tanti jagħtina xogħlijiet li jorbtu l-passat mal-preżent, f’għoqda li għalkemm mhux marbuta, ma tinħallx malajr. Ix-xogħlijiet kbar tiegħu jippermejaw il-Kamra ta’ Fuq b’tali mod li il-viżitatur ser iħossu preżenti fl-istess kurriduri ta’ moħħ Tanti, l-istess kurriduri li f’kull rokna għandhom ħsieb, emozzjoni jew xi sigriet moħbi. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet huma rappreżentazzjoni ta’ xogħlijiet minn artisti oħra, magħmula tul is-snin u li juruna kif, l-esperjenzi li l-umanita’ tgħaddi minnha tul il-vjaġġ mortali tibqa’ tirrepeti ruħha ad infinitum bħall-ħolqa f’idejn id-destin.

Tanti jagħmel użu b’mod estensivi tal-kulur iswed, il-ġibs u lapes abjad u żebgħa taż-żejt fuq it-tila. F’ċerti istanti, il-forom jinkixfu u joħoġu mistħija minn bejn is-saffi ta’ kulur, u f’waqtiet oħra  jipproġettaw irwieħħhom bħal-logħba psikologika stil Rorschach. Huwa dan il-varjant mix-xogħlijiet oriġinali li jgħaqqad il-passat mal-preżent, l-esperjenzi u r-riflessjonijiet tal-predeċessuri tagħna ma’ dawk li l-artist irnexxielu jgħaqqad.

Xogħlijiet interessanti w uniċi li jgħinu l-dak li jkun isib lilu nnifsu jew, minn anglu ieħor, iġielu jistenbaħ u jinduna li għal dan iż-żmien kollu kien mitluf fi ħsieb jew ħolma li kullħadd huwa parteċipi fiha.

Sport