Friday, November 15, 2024

“Aħna biss inxommuha l-kannabis kullimkien?”

Issostni li hija serja li l-ħin kollu għandek nies li qed ipejpu l-ħaxixa fil-pubbliku

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg saħqet li l-Oppożizzjoni qatt ma qalet li min jinqabad b’joint imur il-ħabs. Saħqet li assolutament mhux il-każ.

“Imma bir-rispett kollu għandna liġi li tgħidlek li ma tistax tpejjep il-ħaxixa fi spazju pubbliku u sadanittant dan qiegħed jiġri u qiegħed jiġri l-ħin kollu, f’kull ħin tal-ġurnata. Aħna biss inxommuha l-kannabis kullimkien qegħdin?”, staqsiet Buttigieg filwaqt li stiednet lis-semmiegħa biex imorru passiġġata ħdejn ix-xatt, ta’ Tas-Sliema, ta’ Buġibba, fejn timxi fit-triq u skontha xxomm ir-riħa “ħelwa” tal-kannabis.

“In-nies qed ipejpu l-kannabis fi Strada Merkanti, il-Belt Valletta. Tiġux tgħiduli li ħadd ma jaf bihom dawn l-affarijiet. Din hi serjissima”, sostniet id-Deputata Nazzjonalista. Id-Deputat Nazzjonalista qalet ukoll li rridu ningħaqdu flimkien u naraw kif nipprovaw insewwu “l-ħsara li saret” u “ma nkomplux inżidu aktar problemi ma’ dak li diġà għandna.”

Ekonomija

Sport