Sunday, December 22, 2024

“Aħna dejjem għatxana għall-bidla u ħaddieħor irid jeħodna lura fl-1987”

Aqra wkoll

Waqt rally tal-Partit Laburista minn ġewwa n-Naxxar bit-tema Malta Flimkien, id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit Daniel Micallef qal: “Kif jiġri f’kull leġislatura li tkun riesqa lejn tmiemha, tibda l-ispekulazzjoni ta’ meta tiġi l-elezzjoni. Fl-aħħar xhur meta jien u sħabi konna qed nitkellmu mal-Prim Ministru ma konniex nistaqsuh għad-data tal-elezzjoni. Konna ngħidulu ħaġa biss: meta tara li jkun l-aħjar żmien għall-pajjiż, saffar is-saffara u meta ssaffar se ssib partit ippreparat u lilna lkoll warajk.”

“Il-PM sejjaħ l-elezzjoni u tmien sigħat biss konna qed nippreżentaw l-ewwel sett ta’ prijoritajiet għal futur sabiħ għal dan il-pajjiż. Ħaddiehor ilu xhur jgħid li lest… wasal il-Ħadd li għadda, u rajna kemm kienu lesti. Dendlu biċċa canvas imkemxa mal-faċċata, telgħu fuq il-palk jitolbu €500 lin-nies, qalu li se jagħtu biljun li l-għada skopejna li kienu dejn u qalulna li nistgħu nipparkjaw fejn irridu. Aħna ħdima bil-kwiet u flimkien u meta bdiet il-kampanja urejna kemm aħna preparati minn kull aspett.”

“Dejjem isemmu l-paniku. Tagħhom ituh lil ħaddieħor u ġiet l-ewwel ġurnata tal-kampanja u telqulhom erba’ membri parlamentari. Aħna sa mill-ewwel sigħat, u kuljum, urejna li aħna ffukati fuq il-futur.”

“Spjegajna u se nkomplu nispjegaw. Ħaddieħor semma’ l-4 day week. Imma kif qatt jistgħu jittieħdu bis-serjetà jekk mal-ewwel ċans li kellhom mhux ġurnata xogħool naqsulkom imma serqulkom erbat’ijiem leave u kellu jkun dan il-moviment li reġa’ ta lura dak il-ħin,” qal Micallef.

“Għamilna ħafna riformi imma fadlilna ħafna iktar x’nagħmlu. Ir-riformi, il-bidliet… li ma nibżgħux mill-babaw. Dejjem għatxana għall-bidla u ħaddieħor irrid jeħodna lura fl-1987.”

Ekonomija

Sport