Saturday, December 21, 2024

“Aħna ngħidu li l-aqwa fl-Ewropa u huma jgħidu li aħna l-agħar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis; waqt it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar ir-rikavat mill-Kriminalità, spjega dwar kunċetti ġodda introdotti biex titnaqqas il-kriminalità.

Zammit Lewis tkellem dwar kunċett ta’ ħasil ta’ flus nibet lura fid-disgħinijiet, iżda żied jgħid li għandek gvern u gvern u dan li dan il-gvern jagħżel li jiddeċiedi. Il-Ministru sostna li l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela taħseb u taħseb iżda tiddeċiedi, mhux bħalma għamlu l-amministrazzjonijiet preċedenti. Fakkar ukoll dwar id-direttiva tal-Whistle blower u li pajjiżna se jkun wieħed mid-disa’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandu reġistrazzjoni ħolistika fuq il-protezzjoni tal-informatur.

Il-Ministru żied jgħid li dan il-gvern ma jibżax mill-emendi u hawnhekk faħħar lill-Prim Ministru għall-komunikazzjoni ta’ bejniethom bħala Ministru u Prim Ministru li jifhem in-neċessità ta’ tali emendi.

Ekonomija

Sport