Friday, November 22, 2024

“Aħna nistgħu nkunu l-bidla għall-aħjar” – Team Start tal-PN

Aqra wkoll

Team Start; l-iżgħar fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista mmexxija minn grupp ta’ żgħażagħ aktar kmieni nġabru quddiem il-Kwartieri tal-Partit Laburista b’rabta ma’ allegazzjonijiet li saru f’ġurnal lokali b’rabta ma’ trasferimenti ta’ flus li kumpanija marbuta mal-PL kellha tirċievi.

Waħda mir-rappreżentanti qalet li “dan il-gvern mhux biss naqas milli jipprevjeni l-korruzzjoni iżda avvanzaha… Malta u uliedha ħaqqhom aħjar, ħaqqhom partit li se jaħdem favurihom u aħna nistgħu nkunu dik il-bidla”.

Rappreżentanta oħra sostniet li mhux se noħorġu mill-greylist qisu xejn mhu xejn għax ix-xogħol u l-opportunitajiet qegħdin jitilqu mill-pajjiż.

Sport