Monday, May 13, 2024

L-attivitajiet f’Jum il-Vitorja b’ħarsien tal-miżuri tal-Covid-19

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif Malta llum qiegħda tfakkar Jum il-Vitorja, il-Kumitat Festi Nazzjonali ħa ħsieb biex jikkommemora dan il-jum tant importanti fl-istorja ta’ pajjiżna b’diversi avvenimenti. 

Kmieni dalgħodu, il-President ta’ Malta Dr George Vella qiegħed kuruna f’riġlejn il-monument tal-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.

Ritratt Roger Azzopardi

Aktar tard, sar ukoll tqegħid ta’ kuruni mill-Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju l-Forti Sant’Anġlu, mal-monument tal-Vitorja, il-Birgu, mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Dawn l-attivitajiet saru b’ħarsien tal-miżuri kontra l-firxa tal-pandemija Covid-19 hekk kif indikati mis-Supretendenza tas-Saħħa. 

Jum il-Vitorja, jew Otto Settembre, tfakkar il-ġrajja ta’ żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin. Din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, li tiġi ċċelebrata fil-belt tal-Isla, u l-irħula tan-Naxxar u l-Mellieħa f’Malta u x-Xagħra f’Għawdex.

Sport