Saturday, December 21, 2024

“Aħna tal-Labour għandna kuraġġ u mħabba kbira lejn pajjiżna”

Aqra wkoll

Felix Busuttil Galea – Jista’ jiġi deskritt bħalażeffien, artist, koreografu, Konsulent artistiku, Direttur u għalliem, kif ukoll politiku, Laburist, Soċjalist u b’qalb kbira.

Iżda minn fejn bdiet din l-imħabba għall-attiviżmu u għall-politika?

Il-vjaġġ politiku tiegħi beda fin-Naxxar ftit qabel l-elezzjoni tas-sena 2017. Meta tajt l-appoġġ tiegħi lil Joseph Muscat quddiem folla entużjasta. Kont l-uniku wieħed li tkellimt qabel Joseph Muscat u tkellimt bl-ikbar sinċerita’. Kont iltqajt ma’ Joseph u hu ggwidani sabiex nikkontesta l-elezzjoni għal membru parlamentari fl-Unjoni Ewropea. Kien ta’ xokk kbir meta smajtu itini dan il-parir għax kien impenn u deċiżjoni kbira. Imma hu ra fija politiku u li nista’ nagħmel differenza – u fuq din l-elezzjoni jekk tkun suċċess nibni l-futur tiegħi bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Jien minn dejjem kont favur suġġetti li huma tassew għal qalbi u dan kont dejjem nesprimih fuq il-gazzetti, fuq it-televixin u fuq ir-radju u fuq il-media soċjali – suġġetti li huma l-qofol tal-prinċipji soċjalisti. L-uglwaljanza, il-ġustizzja soċjali u l-integrita’ tal-individwu. U protezzjoni għall-ħolqien kollu li jeżisti madwarna.

U għalfejn ħass li kellu tagħmel dan il-pass proprju issa?

Wara disa’ xhur biss fil-kamp politiku sibt posti eżatt fin-nofs fost il-kandidati kollha li kkontestaw l-elezzjonijiet MEP – u dan tani kuraġġ. Ftit huma dawk li jafu li missieri, zijuhi u l-kuġin tiegħi kolla kkontestaw elezzjonijet fil- passat. Il-politika teżisti f’demmi. U l-qalb Soċjalista ġo fija tħabbat u tħabbat bil-qawwi.

X’inhu s-sigriet biex tagħmel dan kollu u jsib bilanċ u ħin għal kollox? 

Għal snin sħaħ fid-dinja teatrali u artistika jien dejjem kont impenjat li fost ħafna stress jien nipproduċi xows (xi drabi b’kast ta 500 ruħ) ta’ kalibru għoli. Li tkun organizzat kienet dejjem ta’ sfida għalija u l-immaniġjar tal-ħin għalkemm diffiċli hu possibli. U hanwhekk ngħid grazzi lil dawk kollha meta jien żgur ma kontx nagħmel dan kollu waħdi – kemm fid-dinja artistika kif ukoll dik politika. 

Skont Felix, x’inhuma l-akbar sfidi li qed jitkellmu fuqhom n-nies li tiltaqa’ magħhom ta’ kuljum waqt il-home visits?

Li politiku jkun viċin il-poplu hija importanti. U dan il-Partit Laburista jafu sew. Hu importanti l-ewwelnett li nisimgħu lill dak li jkun – mhux qabel elezzjoni biss imma kontinwament. Il-komunikazzjoni man-nies ma tista’ tieqaf qatt. It-traffiku li dejjem jiżdied hu punt li jqajmu ħafna – hemm bżonn tinstab soluzzjoni sostenibbli. U ntlaqtek sabiħ ħafna id-deċiżjoni li jkollna spazji aktar ħodor għal poplu fil-qalba ta’ l-ibliet kollha. Hemm ħafna ringrazzjament ta’ dak kollu li għamel Robert waqt il-pandemija u l-għajnuna li ngħatat għal negozji u l-ħaddiema. Iż-żidiet fil-pensjonijiet li ma jistax jieqaf hawn. Is-sostenn hu importanti waqt żmienijiet diffiċli li kull persuna minn kull sfera tal-ħajja u kull eta’ tagħddi minnha. 

Saqsejna lil Felix rigward kemm għadu validu t-twemmin politiku li jemfasizza ħafna fuq il-prinċipji soċjalisti li għandu jħaddan il-Partit Laburista? 

Il-Partit Laburista qatt ma biddel il-prinċipji tiegħu. Minn dejjem kien sapport kontinwu li kulħadd għandu jkollu ħajja mimlija opportunita’. Il-ġustizzja soċjali tibqa’ fuq il-qofol tal-etika u fuq nett fit-twemmin tal-valuri laburisti. Għalhekk il-partit baqa’ magħqud u sod – għax qatt ma beża’ li jaqbeż għaż-żgħir. U l-inġustizzji għadhom jeżistu sal-ġurnata tal-lum. Kien Gvern Laburista li ħaseb għall-anzjani. Għall-fqar. Għal dawk inviżibbli. Għal persuni b’diżabilita’. Għaż-żgħażagħ tagħna. Għall-familji Maltin u Għawdxin. Pero’ kien Gvern ukoll Laburista li baqa’ dejjem jiġġedded u nimxi mal-preżent – mhux imwaħħal mal-passat. Hu Gvern riformist. Gvern progressiv. 

Jekk jingħata l-fiduċja, Felix, x’timbru jixtieq iħalli bħala Membru Parlamentari?

L-arti u l-kultura. Ir-ruħ ta’ nazzjon. L-edukazzjoni. Il-pilastru l-iktar importanti għal-uliedna. Id-drittijiet ċivili. Kulħadd indaqs. L-ambjent. Il-pulmun u s-saħħa tagħna. U l-annimali – speċjalment dawk li jgħixu magħma. Dawn huma membri ta’ familtna.

Il-Partit Laburista fil-Gvern issa diġà għamel bosta riformi. Fis-snin li ġejjin, Felix, kif tara li l-Partit jista’ jibqa qrib il-poplu u jibqa’ jiġġedded?

Li tagħmel riformi hu pass qalbieni. Għax li tibqa’ fejn kont huwa komdu – imma li jġedded riformi li ma kienu qatt intmessew speċjalment fil-qasam ġudizzjarju huma pass ta’ ġġant. Dan hu l-impenn tal-amministrazzjoni ta’ Robert Abela. Malta  tiġi l-ewwel u qabel kollox. Qabel kull individwu inkluż jien. Il-ġustizzja teżisti hemm għal kulħadd – u pajjiżna jixraqlu dan. Isem pajjiżna qatt ma jista’ jiġi mżeblaħ – imma isimna għandu jiġi mfaħħar. Kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. U Gvern Laburista ħa jibqa’ jaħdem fuq dan – riformi diġá saru. Jonqos ħafna x’isir u nemmen li naslu għax Gvern Laburista jwettaq dak li jwiegħed. 

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Felix xtaq iwassal messaġġ finali lill-elettorat Malti…

Hemm messaġġi differenti. Lill dawk li diġa ddeċidew li jivvutaw Labour ngħidilhom grazzi mill-qalb. Komplu aħdmu. Komplu qawwu qalbkom. Komplu kkonvinċu.

Li dawk imweġġgħin aħsbu f’Malta. Quddiem u fuq kollox.

Fuq kollox. Aħna l-futur. Aħna għandna ruħ. Aħna tal-Labour għandna kuraġġ. Għandna mħabba kbira lejn pajjiżna u lejn il-poplu sovran Għawdxi u Malta.

Gvern Laburista wara t-tmexxija ta’ Robert Abela għandu qalb kbira. 

Ekonomija

Sport