Komplew il-problemi kbar ta’ Ajax Amsterdam li niżżlu fl-aħħar post tal-klassifika wara t-telfa ta’ 5-2 li sofrew kontra PSV Eindhoven fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Wara li d-diriġenti Olandiżi keċċew lil Maurice Steijn minn kowċ u ħatru b’mod temporanju lil Hedwiges Maduro, lanqas dan tal-aħħar ma qabad art tas-sitwazzjoni biex minfloku issa dieħel John Van’t Schip fil-kariga temporanja sa Lulju 2023.
Ajax ilhom ma jirbħu għaxar partiti u kisbu biss ħames punti minn tmien logħbiet.