Saturday, November 23, 2024

Ajruplan li jintuża f’operazzjonijiet tat-tifi tan-nar jiġġarraf fil-Portugall; Il-bdot imut, bil-ko-pilota f’qagħda kritika

Aqra wkoll

Ajruplan tat-tip Canadair li jintuża f’operazzjonijiet tat-tifi tan-nar iġġarraf fl-Portugall mal-fruntiera Spanjola. F’dan l-inċident tilef ħajtu l-bdot tal-ajruplan, bil-ko-pilota deskritt bħala li jinsab f’qagħda kritika.

Ħdax-il ajruplan qed jintużaw f’operazzjonijiet tat-tifi tan-nar biex jiġu kkontrollati nirien mal-fruntiera Spanjola.

Il-midja lokali qed tirrapporta li l-ajruplan iġġarraf wara li kien għadu kemm għamel manuvra biex jiġbor l-ilma u kien qed jipprepara biex jitfa’ l-ilma f’żona muntanjuża milquta min-nirien. Tali manuvra hija perikoluża speċjalment meta r-reġjun ikun muntanjuż.

Il-midja lokali qed tirrapporta li dan huwa l-ħames inċident fatali li kien jinvolvi ħaddiema tat-tifi tan-nar. Ilkoll seħħew fil-jum tas-Sibt. L-inċidenti preċedenti seħħew f’Lousa, Leira, Oleiros u Castro Verde.

Sport