Tuesday, December 24, 2024

Akar twissijiet internazzjonali dwar l-offensiva ppjanata ta’ Iżrael f’Rafah

Aqra wkoll

L-Iżrael qed jaffaċċja aktar twissijiet internazzjonali b’rabta mal-offensiva ppjanata tiegħu f’Rafah – il-belt li tinsab fin-nofsinhar ta’ Gaża, li fiha jgħixu għadd kbir ta’ refuġjati Palestinjani.

Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit David Cameron iddikjara li “aktar minn nofs il-popolazzjoni ta’ Gaża qed tingħata kenn f’din iż-żona” filwaqt li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda Hanke Bruins Slot saħqet li jista’ jkun hemm ħafna “vittmi ċivili”.

Intant, l-Għarabja Sawdija wissiet dwar “riperkussjonijiet serji ħafna” jekk iseħħ l-attakk f’Rafah. Il-mexxejja tal-Ħamas qalu wkoll li jista’ jkun hemm “għexieren ta’ eluf” ta’ vittmi.

Sa issa nqatlu aktar minn 27,900 persuna f’Gaża u ndarbu minn tal-inqas 67,000 oħra minn meta beda l-kunflitt fil-Lvant Nofsani f’Ottubru li għadda. Minħabba dan il-kunflitt, ħafna ċittadini ta’ Gaża kellhom jaħarbu minn djarhom u spiċċaw f’Rafah.

It-twissijiet dwar il-konsegwenzi jekk iseħħ l-attakk f’Rafah waslu jum wara li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ordna lill-militar tiegħu biex jipprepara biex jevakwa nies ċivili mill-belt qabel offensiva estiża kontra l-Ħamas.

“Huwa impossibbli li jintlaħaq l-għan tal-gwerra mingħajr l-eliminazzjoni tal-Ħamas. Huwa ċar li l-attività intensa f’Rafah teħtieġ li ċ-ċivili jevakwaw iż-żoni tal-ġlieda,” qal l-uffiċċju tas-Sur Netanyahu.

Ekonomija

Sport