Sunday, December 22, 2024

“Akbar ma tkun il-fiduċja, akbar tkun l-umiltà tagħna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika minn Raħal Ġdid il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista tenna l-impenn tiegħu li jekk kemm-il darba jingħata l-fiduċja jibqa’ jipproteġi lill-familji Maltin kollha. Waqt diskors imqanqal, il-Prim Ministru kien ċar fl-appell tiegħu u qal li “akbar kemm tkun il-fiduċja, akbar tkun l-umiltà tagħna”. Sostna li hu qatt ma’ beża’ u qatt mhu se jibża’ jemmen f’pajjiżu u għalhekk se jkollna l-akbar tkabbir ekonomiku u rekord ta’ investiment soċjali biex ikompli jtejjeb il-ħajja tan-nies.

“Qatt mhu se nieqaf niġġieled għalikom. Meta niġġieled għalikom inkun qed niġġieled għall-familji Maltin kollha li nħobbhom daqs familti. Bl-istess mod lest niġġieled għal pajjiżi”, stqarr jgħid Abela filwaqt li appella lil kulħadd biex is-Sibt li ġej ikun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja billi juru kemm hu b’saħħtu Tim Malta.

Il-Prim Ministru għal darba oħra fakkar li kull elezzjoni tibda xejn b’xejn u għalhekk jeħtieġ li sa minn kmieni filgħodu l-elettorat imur u jixħet il-vot biex aktar tard ikomplu jiġu konvinti dawk li jkunu għadhom ma ddeċidewx. Huwa qal li b’dan il-mod l-elettorat ikun qiegħed jibagħat messaġġ ċar lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista li dan il-ħajjiż mhux se jerġa’ jmur lura fil-passat, anzi se jagħżel it-triq ’il quddiem lejn il-progress.

Iżda saħaq li biex dan kollu jseħħ, hu se jkollu bżonn mandat b’saħħtu li jgħinu biex jibni grupp parlamentari b’saħħtu li jkunu jistgħu jgħinuh jegħleb kull Oppożizzjoni għar-riformi li hemm bżonn li jsiru biex fost l-oħrajn tiżdied l-inklużjoni u l-opportunitajiet ugwali għal kulħadd.

Robert Abela tkellem dwar kif dawk tal-Partit Nazzjonalista lesti li jinterpretaw vot li jibqa’ d-dar bħala vot tagħhom. Tkellem dwar kif vot kontra tagħhom qalbuh favur tagħhom billi ramew l-għażla tat-tesserati tagħhom stess biex għamlu oħra li togħġob lilhom fl-għażla tal-kap.

Huwa tenna li l-Oppożizzjoni wriet biċ-ċar li ma jixirqilhiex l-fiduċja tal-poplu, iżda fl-istess waqt talab biex in-nies ma tivvutax biss lill-Partit Laburista biex ma titlifx dak kollu li nkiseb s’issa, iżda biex gvern Laburista jkun verament jista’ joffri Malta aħjar lil uliedna. 

Ekonomija

Sport