Thursday, July 23, 2026
Home Elezzjoni 2022 Jason Azzopardi jikteb dwar messaġġ ta’ Nazzjonalist li qal li se jivvota...

Jason Azzopardi jikteb dwar messaġġ ta’ Nazzjonalist li qal li se jivvota PL “biex jifirħu”

0
1054

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’kitba fuq Facebook allega li hemm Nazzjonalisti li qegħdin jagħtu informazzjoni ħażina lil dawk li qegħdin iċemplu għall-istħarriġ.

Azzopardi kiteb li wara li aktar kmieni għamel l-appell tiegħu lill-poplu biex jikkontribwixxi bil-vot tiegħu rċieva messaġġ mingħand Nazzjonalist li qabel ma’ dak li kien għadu kemm qal.

Il-kliem mibgħut f’dan il-messaġġ li Azzopardi qiegħed jgħid li rċieva jgħid li l-persuna li bagħtitu ġiet mistoqsija darbtejn fuq il-mowbajl tal-mara u tiegħu rigward id-deċiżjoni tagħhom u qalilhom li se jivvota lill-Partit Laburista meta dan mhuwiex minnu.

Il-messaġġ itemm jgħid li minkejja dan kollu, in-Nazzjonalisti hemm bżonn jgħollu l-moral għax hawn ħafna nies “donnhom imwerwrin”.

Il-messaġġ, la jindika minn min intbagħat u lanqas lil min kien indirizzat, anke minħabba dik li tista’ tkun raġuni ta’ sigurtà.