Saturday, December 21, 2024

Akkużat b’ħasil ta’ flus wara li nefaq nofs miljun f’każino f’perjodu t’10 snin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-akkużat iwieġeb mhix ħati, il-Qorti tordna l-iffiriżar tal-assi

Patrick Gatt, ta’ 46 sena mill-Pieta, wieġeb mhix ħati iktar kmieni llum fuq akkużi ta’ ħasil il-flus, pussess ta’ propjeta li oriġinat minn attivita kriminali.

Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, semgħet lill-Uffiċjali Prosekutur jisħqu kif matul is-sena l-oħra, il-Pulizija kienet rċeviet rapport b’mod kunfidenzjali rigward l-akkużat, li kien qiegħed jilgħab ammont kbir ta’ flus kontanti ġewwa każino prominenti Malti.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija, l-Ispetturi Keith Vella, Pauline Bonello u Danilo Francalanza spjegaw kif Gatt jidher li lagħab ammont ta’ flus li laħqu in-nofs miljun (€500,000) f’perjodu ta’ għaxar snin, min kejja li huwa persuna li ma jaħdimx u huwa dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Il-pulizija saħqu wkoll  li l-akkużat kien fil-pussess ta’ kont bankarju wieħed biss, liema ammonti fih jammontaw għal madwar €20,000 fi dħul, u €19,000 fi ħruġ matul l-imsemmi perjodu.

Fuq avviż tal-avukat tiegħu, l-akkużat ddeċieda li jibqa sieket għall-mistoqsijiet kollha li saqsietu l-Qorti, inklużi dawk rigward l-identita personali tiegħu, filwaqt li l-Avukat Difensur kkonferma li huwa ma kienx ser iwieġeb ħati għall-imsemmija akkużi.

L-avukati difensuri m’għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mll-arrest. Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-akkużat.

L-Avukat Arthur Azzopardi deher għall-akkużat.

Ekonomija

Sport