Wednesday, April 24, 2024

Akkwist ġdid għat-tim Malti One Racing Team ta’ Ignazio Cannavo

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

It-tim Malti, One Racing Team ta’ Ignazio Cannavo, akkwista Lamborghini Huracan Super Trofeo EVO 2 mudell tas-sena 2022. Squadra Corse fi ħdan Lamborghini, bniet il-karozza, karozza mibnija biss għat-tlielaq. Il-karozza se tkun qed tieħu post Lamborghini Gallardo li kien juża t-tim u li kellu suċċessi konsiderevoli fl-aħħar għaxar snin. Cannavo se jittestja l-Lamborghini l-ġdida qabel ma jikkompeti fil-Kampjonat Taljan tal-Hillclimb fil-ġimgħat li ġejjin.

YouTube video

Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation, iltaqa’ ma’ Ignazio Cannavo f’Tas-Sliema biex jifraħ lil Cannavo għall-akkwist il-ġdid tagħhom. Wara diskussjoni dwar il-karozza, il-President Micallef qal, “il-Malta Motorsport Federation hija onorata li tista’ tagħti liċenzja lil karozza bħal din flimkien ma’ ħafna oħrajn biex jikkompetu madwar id-dinja taħt il-bandiera Maltija.” Micallef żied jgħid li jistenna bil-ħerqa li karozzi bħal dawn jiġu ttestjati, u s-sewwieqa jitħarrġu fuq karozzi bħal dawn hawn Malta stess.

Cannavo qal, “Hu ta’ pjaċir kbir għalina li jkollna t-tim u l-karozzi tagħna rreġistrati f’Malta mal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport. L-appoġġ li sibna f’Malta huwa tremend.”

Sport