Sunday, December 22, 2024

Aktar fejqan minn każi ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,125 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 51 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 53 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 641.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 36 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 435 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-Ħamis ngħataw total ta’ 789,540 doża. Minn dawn 410, 087 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 408,010 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport