Thursday, December 19, 2024

Aktar immigranti jinstabu jgħixu irregolarment f’Għawdex

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru f’Marsalforn u nstabu 44 persuna jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari. Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Sirja, mill-Gambja, mit-Togo, mill-Albanija, mill-Pakistan u mill-Burkina Faso – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport