Il-politika tal-Gvern dwar akkomodazzjoni soċjali qiegħda tagħti riżultati konkreti, b’investimenti kemm fil-bini ġdid kif ukoll fir-riġenerazzjoni ta’ proprjetajiet eżistenti.
Fl-2024, tlestew 327 unità ġdida ta’ djar soċjali f’seba’ lokalitajiet differenti u r-riġenerazzjoni ta’ blokki u lifts ġiet estiża biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja għal eluf ta’ familji.
F’dak il-kuntest, nirreferu wkoll għal dak li ġie mħabbar fil-bidu ta’ dan ix-xahar – pakkett ta’ inizjattivi b’saħħtu biex il-Gvern јilqa’ għar-realtaјiet fis-suq tal-akkomodazzјoni.
Nirrikonoxxu l-fatt kif permezz ta’ investiment bħal dan, se jkun hemm titjib u tisħiħ ta’ numru ta’ skemi marbuta mal-akkomodazzјoni soċјali u affordabbli li јkopru nies separati u anke żgħażagħ.
Ta’ min јgħid li b’investiment ta’ €6.5 miljun fis-sena, b’dan il-pakkett ta’ miżuri ser јibbenifikaw ’il fuq minn 900 familja familja jew żagħżugħ јew żagħżugħa.
Dan il-pakkett ta’ miżuri mhuwiex biss tisħiħ ta’ dak li nbena matul is-snin imma fuq kollox huwa tiġdid u titјib qawwi wkoll. Huwa għalhekk li ma nistgħux ma’ nirrikonoxxux ħidmet il-Gvern u dak tas-Segretarјat Parlamentari għad-Dјalogu Soċјali u l-Akkomodazzјoni.
B’dan kollu il-Gvern qiegħed јoffri soluzzјoniјiet ġodda għal sfidi ġodda. Permezz ta’ dan l-investiment, qed jolqtu tliet faxex ta’ nies. Dawn jinkludu dawk li l-aktar għandhom bżonn, persuni separati u żgħażagħ.
F’dan il-kuntest, nemmnu li l-Gvern qiegħed jinvesti l-enerġija u l-ħidma tiegħu f’għajnuniet lin-nies sabiex dawn jibqgħu jgħixu tajjeb u jibqa’ jkollhom aktar flus fil-but. U din l-għajnuna tista’ tkun intiża għal dawk li jridu jagħmlu dan il-pass ‘il quddiem f’ħajjithom.


