Thursday, April 23, 2026

Il-Libanu jakkuża lil Iżrael b’”reati tal-gwerra” wara l-qtil ta’ ġurnalista

Aqra wkoll

…Stampa meħuda mill-BBC

Il-Prim Ministru tal-Libanu akkuża lil Iżrael b’reati tal-gwerra wara li attakki mill-ajru Iżraeljani qatlu ġurnalista u weġġgħu oħra fin-nofsinhar tal-Libanu. 

F’dan l-attakk, Amal Khalil – li kienet taħdem għal gazzetta Libaniża – tilfet ħajjitha filwaqt li ndarbet il-fotografu freelance Zeinab Faraj. 

L-uffiċjali fil-Libanu qed jallegaw li l-ġurnalisti kienu fil-mira meta dawn kienu qed ifittxu kenn wara attakk mill-ajru kien laqat vettura quddiemhom, fejn inqatlu żewġt irġiel. 

L-uffiċjali akkużaw ukoll lill-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael li b’mod intenzjonat immiraw fuq ambulanza li pprovat tassisti lill-ġurnalisti fil-villaġġ ta’ Tayri.

L-IDF qalu li mhux minnu li kienu qed jipprevjenu milli ħaddiema tas-salvataġġ jaslu fuq il-post u li fil-mira tagħhom ma kienx hemm il-ġurnalisti. 

Il-ġurnalista Khalil ta’ 43 sena, li kienet taħdem mal-gazzetta Al-Akhbar u l-fotografu Faraj kienu qed jivvjaġġaw flimkien meta seħħ l-attakk. Iż-żewġt irġiel li sfaw maqtula ma ssemmewx mill-uffiċjali.

Il-Prim Ministru Libaniż Nawaf Salam qal li l-attakki fuq il-ġurnalisti, it-tfixkil tal-aċċess għalihom mit-timijiet ta’ għajnuna, u anke li jimmiraw fuq il-postijiet fejn ikunu jinsabu “jikkostitwixxu reati tal-gwerra.” Huwa akkuża lil Iżrael li qed jimmira b’mod ripetut lill-ħaddiema tal-midja fin-nofsinhar tal-Libanu f’dak li sejjaħ “approċċ stabbilit”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport