Il-President tal-Police Officers Union, is-Sur Ray Zammit ħa sehem billi vvota fl-elezzjoni għall-President il-ġdid tal-EuroCOP.
Il-presidenza li kienet f’idejn Jonne Rinne tal-Finlandja issa se tittieħed minn Roberto García González, delegat tal-FSC-CCOO u membru attwali tal-Kumitat Eżekuttiv tal-EuroCOP.

B’kollox ġew mitfugħa 42 vot, li minnhom 24 marru lir-rappreżentant tas-CCOO u 18 lill-Portugiż Armando Ferreira tal-unjin SINAPOL.
Il-Police Officers Union tifraħ lil President il-gdid Roberto García Gonzále u tistenna bil-ħerqa li naħdmu flimkien biex insaħħu l-kundizzjonijiet tal-pulizija.


