Wednesday, July 24, 2024

Aktar każijiet partikolari fil-futbol Tork … din id-darba tintervjeni l-union tal-plejers Ewropej

Aqra wkoll

Hekk kif fit-Turkija l-futbol jinsab sospiż wara l-episodju ta’ vjolenza li seħħ fuq ir-referee Halil Umut Meler, issa seħħet sitwazzjoni oħra li qed tħasseb lill-union tal-plejers Ewropea. Fil-fatt ħames plejers ta’ Besiktas iġifieri Vincent Aboubakar, Valentin Rosier, Éric Bailly, Rachid Ghezzal u Jean Onana ġew imneħħija mill-iskwadra temporanjament wara li mhux qed jilagħbu tajjeb.

L-istess union tal-plejers Ewropej qed jgħidu li dan kollu ma jistax iseħħ minħabba li qed jiġu mkasbra d-drittijiet tal-plejers. Kelliem minn din l-għaqda sostna li se jagħmlu minn kollox sabiex Besiktas jikkunsidraw din id-deċiżjoni għax fl-ebda tim tal-futbol ma jsir dan l-aġir ġaladarba l-plejers ma jkunux qed jagħmlu xejn ħażin.

Ekonomija

Sport