Tuesday, April 30, 2024

Aktar kriżi għal Atletico Madrid 

Aqra wkoll

Il-klabb minn La Liga Spanjola Atletico Madrid għaddej minn kriżi kbira hekk kif L-Erbgħa ġarrab it-tieni telfa mill-aħħar tliet logħbiet hekk kif sfaw megħluba 1-0 minn Mallorca bil-gowl rebbieħ jiġi skorjat minn Vedrat Muriqi wara 26 minuta logħob. 

Il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Pablo Simeone qal li jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ din it-telfa. Hu sostna li pprova jġib l-iskor indaqs anke bid-dħul ta’ Correa, Koke, Lemar u Reguilon iżda kif qal hu stess, bħalissa x-xorti xejn m’hi tidħkilhom. 

Wara din it-telfa, il-Colchoneros jinsabu 13-il punt mill-quċċata bl-ambizzjonijiet tagħhom li kulma jmur qed imajnaw. 

Sport