Saturday, December 21, 2024

“Aktar ma jiżdiedu l-isfidi, aktar se tiżdied l-enerġija tal-PL”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ftuħ tad-diskussjoni politika b’rabta mal-budget 2022, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard qalet li minkejja li għaddejja minn żmien daqshekk diffiċli minħabba l-pandemija, irnexxielna nagħmlu l-aktar budget soċjalista fl-istorja ta’ pajjiżna. “Budget li jimplimenta l-viżjoni ta’ Inġeddu Malta Flimkien biex nibnu Malta li rridu għal uliedna,” żiedet tgħid il-President tal-PL. 

“Dan il-budget hu mertu tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u mhux tal-Gvern biss. Għax kienu huma li kkontribwixxew għal dan il-Budget. Huwa frott is-sagrifiċċju tal-poplu, l-intelliġenza u l-bżulija tiegħu u ħidmna biex flimkien ikollna Malta b’saħħitha b’ekonomija reżiljenti u għalhekk jista’ jkun hemm miżuri ta’ dan il-Budget.”

Dr Attard qalet ukoll li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba grazzi għall-Maltin u l-Għawdxin, grazzi għall-Prim Ministru, grupp parlamentari u Kabinett magħqudin li jmexxu lil dan il-pajjiż b’mod iffukat.

“Inwegħdukom li aktar ma jiżdiedu l-isfidi, aktar se tiżdied l-enerġija tal-Partit Laburista. Pajjiż immexxi mill-PL li qiegħed fil-Gvern magħqud. Magħqud fid-dawl ta’ aktar sfidi, ikompli jżid l-enerġija tiegħu biex imexxi lil dan il-pajjiż biex verament ikollna Malta li qed inġeddu flimkien, li qed nibnuha kif irriduha għal uliedna,” temmet tgħid il-President tal-PL.

Ekonomija

Sport