Friday, April 19, 2024

Aktar minn 100,000 persuna jieħdu l-booster kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Sal-bieraħ filgħaxija, aktar minn 100,000 persuna f’Malta u Għawdex kienu ngħataw il-booster kontra l-Covid-19. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex meta jkun imiss lilhom, jieħdu l-booster huma wkoll. 

Id-Deputat Prim Ministru nnifsu lbieraħ ħa d-doża tal-booster fil-Berġa ta’ Marsaxlokk, flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri. Fearne qal li kif intwera f’pajjiżna stess, il-vaċċin jaħdem u huwa l-aqwa arma kontra dan il-virus.

Sport