Saturday, December 28, 2024

Aktar minn 180,000 passiġġier ivvjaġġaw b’xejn b’tal-linja fl-ewwel tliet xhur tal-2023

Aqra wkoll

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 181,873 passiġġier li bbenefikaw mill-miżura tat-trasport pubbliku b’xejn. Din il-miżura daħlet fis-seħħ f’Ottubru tas-sena li għaddiet u tapplika għal dawk li għandhom it-Tallinja Card personalizzata. 

Jirriżulta li minn mindu ddaħħlet din il-miżura sa Marzu li għadda, in-numru ta’ vjaġġi kien jaqbeż it-23.5 miljun. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux lil dawk li ma jgawdux minn tali benefiċċju (inkluż barranin li jkunu qegħdin iżuruna) u allura kellhom iħallsu n-noll biex jagħmlu użu minn dan is-servizz ta’ trasport pubbliku Malti.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Ekonomija

Sport