Sunday, July 26, 2026
Home Internazzjonali Aktar minn 300,000 persuna evakwati minn djarhom minħabba n-nirien fi Franza u...

Aktar minn 300,000 persuna evakwati minn djarhom minħabba n-nirien fi Franza u fi Spanja 

0
4

Aktar minn 300,000 persuna fi Franza u fi Spanja kellhom jitilqu minn djarhom, hekk kif issa n-nirien ilhom jaħkmu żoni għal diversi jiem. Midja internazzjonali rapurtat li r-riħ u t-temperaturi għoljin qed ixekklu l-isforzi biex dawn jiġu kkontrollati.

Il-pumpiera qed isibuha diffiċli biex jikkontrollaw nirien fil-foresti fil-Lbiċ ta’ Franza hekk kif ir-riħ huwa wieħed qawwi u dan għalhekk qed joħloq sfida fuq il-kontrolli tan-nirien. 

Fi Spanja, ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza. Minkejja dan, huwa mifhum li l-bidla fil-kundizzjonijiet tat-temp għenet lill-pumpiera fl-inħawi ta’ Madrid. Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez saħaq li ġejjin żminijiet kumplessi. Sadanittant, l-awtoritajiet f’Valencia kkonfermaw li miet raġel kawża tan-nirien. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here