Monday, May 13, 2024

Aktar minn 4,000 marru lura lejn pajjiżhom b’titjiriet sussidjati … għajnuna estiża sad-19 t’April

Aqra wkoll

YouTube video

Fl-aħħar ġimgħat pajjiżna assista eluf ta’ residenti u turisti li esprimew ix-xewqa, jew f’ċertu każijiet kellhom bżonn imorru lura lejn pajjiżhom. Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li waqqaf it-titjiriet mill-Italja, Spanja, Franza, il-Ġermanja u l-Isvizzera fl-10 ta’ Marzu li għadda.

Din id-deċiżjoni għenitna nrażżnu t-tixrid tal-coronavirus b’mod lokali, iżda wasslet biex eluf ta’ barranin spiċċaw maqbudin f’pajjiżna. Kien għalhekk li pajjiżna offra titjiriet sussidjati li minnhom ibbenefikaw mal-4,200 individwu li marru lura lejn pajjiżhom fl-aħħar tliet ġimgħat.

Din l-għajnuna se tkun qiegħda tiġi estiża biex dawk li kienu qegħdin jgħixu hawn b’mod temporanju u dan jista’ jsir sa mhux aktar tard mid-19 ta’ April fuq is-sit https://foreignandeu.gov.mt/apply

Sport