Sunday, March 23, 2025

Aktar minn 50,000 Palestinjan jinqatlu f’Gaża mill-bidu tal-attakki minn Iżreal

Aqra wkoll

Il-Ministru tas-Saħħa tal-grupp Ħamas qal li minn mindu bdew l-attakki fuq il-Medda ta’ Gaża nqatlu aktar minn 50,000 Palestinja.

Skont ċifili ppubblikati mill-Ħamas, s’issa nqatlu 2.1% tal-popolazzjoni Palestinjana. Aktar minn hekk, fl-istess perjodu 113,274 spiċċaw midrubin u kellhom jiddaħlu f’diversi sptarijiet.

Il-figuri li qegħdin jiġu ppubbliati mill-Ministru tas-Saħħa tal-Ħamas qegħdin jintużaw ukoll mill-Ġnus Magħquda u minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn. Iżda Iżrael qiegħed jikkontesa dawn il-figuri u jgħid li n-numru hu ferm inqas.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport