L-awtoritajiet tas-saħħa uffiċjalment għamlu aktar minn 50,000 swab test. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.
S’issa t-total kumplessiv ta’ persuni li ġew infettati bil-virus jammonta għal 553, b’454 persuna jirkupraw, u sitt persuni jmutu kaġun tal-Covid-19.
Intant matul dawn l-aħħar ftit jiem l-Awtoritajiet tas-Saħħa rrapportaw żieda fin-numru ta’ każi ġodda. Dan wara li f’dawn l-aħħar erbat ijiem kienu reġistrati 14-il każ, 10 każi, 14-il każ, u seba’ każi rispettivament.
Intant Inewsmalta tinsab informata li matul dawn l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ każi ġodda reġa’ tbaxxa konsiderevolment.