Wednesday, November 27, 2024

Aktar minn 60 immigrant imutu mgħarrqin ‘il barra mill-kosta Libjana

Aqra wkoll

Aktar minn 60 immigrant sfaw mgħarrqin hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha biex jaħarbu lejn l-Ewropa nqalbet. Dan il-każ seħħ ‘il barra mill-Kosta Libjana.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Immigranti qalet li minn rapporti li għandha jidher li d-dgħajsa telqet mill-belt ta’ Zuwara b’madwar 86 immigrant fuqha. Minħabba l-maltemp qawwi li qiegħed jaħkem il-kosta, jidher li d-dgħajsa nqalbet u madwar 60 immigtant inbelgħu mill-mewġ qawwi.
Fost dawk li kien hemm fuq id-dgħajsa kien hemm ammont ta’ nisa li magħhom kellhom it-tfal.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Immigranti qalet li f’din is-sena biss aktar minn 2,000 immigrant li pprovaw jaħarbu lejn l-Ewropa spiċċaw mejtin wara li għerqu fil-baħar Mediterran.
Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li l-immigranti li huma l-aħħar vittmi fil-Mediterra kienu ġejjin mill-Niġerja u mill-Gambja fost pajjiżi Afrikani oħrajn.

L-istess rapporti jgħidu li f’din l-aħħar traġedja jew salvati madwar 25 immigranti fejn dawn ittieħdu lejn iċ-ċentru tad-detenzjoni fejn qegħdin jingħataw il-kura meħtieġa.

Sport