Mara ta’ 22 sena minn Stevenage fir-Renju Unit ħarġet mill-qorti libera wara li qatlet qattus billi sabbtitu ma’ ħajt b’saħħa kbira bil-konsegwenza li miet.
Katie Beaumont dehret quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Stevenage u amettiet li kkawżat tbatija bla bżonn lill-annimal.
Fil-qorti ntqal li l-mara wara li rat lill-qattus mejjet telqet minn fuq il-post mingħajr l-ebda rimors għal dak li kienet wettqet.
Minkejja l-gravità tar-reat, hija ma ntbagħtietx il-ħabs. Minflok, il-Qorti mponew ordni ta’ servizz fil-komunità li tibqa’ fis-seħħ sal-25 ta’ Awwissu 2027.
L-ordni tinkludi 12-il xahar ta’ trattament għas-saħħa mentali, sa 20 jum ta’ attivitajiet ta’ riabilitazzjoni u l-obbligu li tikkonforma mas-superviżjoni ta’ uffiċjal responsabbli.
Beaumont għal għomorha ma tistax iżomm annimali.




