Monday, September 14, 2026
Home Sport Il-goalkeeper li għandu klawsola bejn €400 miljun u €500 miljun ….

Il-goalkeeper li għandu klawsola bejn €400 miljun u €500 miljun ….

0
43

Il-goalkeeper Spanjol, Joan Garcia, qed ikompli jiġbed l-attenzjoni ta’ clubs kbar Ewropej, b’mod partikolari fil-Premier League. 

Arsenal u Tottenham Hotspur qed isegwu mill-qrib il-prestazzjonijiet tiegħu, b’timijiet ta’ scouts jattendu logħbiet biex jevalwaw il-logħba tiegħu bil-ballun, il-footwork u l-kapaċità tiegħu jieħu d-deċiżjonijiet taħt pressjoni. Għalkemm bħalissa m’hemmx negozjati uffiċjali għal trasferiment, huwa mistenni li jistgħu jsiru passi konkreti f’wieħed mis-swieq tat-trasferimenti li ġejjin.

Barcelona akkwistaw lil Garcia mingħand Espanyol għal €25 miljun u rabtih b’kuntratt ta’ sitt snin sal-2031. Il-club Katalan iqisu bħala parti fundamentali mill-futur tiegħu u ma jidhirx lest li jħallih jitlaq faċilment. 

Il-klawsola ta’ rilaxx tiegħu tinsab bejn €400 miljun u €500 miljun, ammont maħsub biex iżomm ’il bogħod lill-clubs Ingliżi.

Garcia, li huwa twil 1.93 metru, jispikka  fl-ajru, fir-riflessi u fil-kapaċità tiegħu bil-ballun. Minkejja l-prezz għoli, scouts tal-Premier League se jkomplu jsegwu l-progress tiegħu ma’ Barcelona.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here