Monday, September 14, 2026
Home Sport Cagliari jiċħdu li Daniel Maldini falla test tad-droga

Cagliari jiċħdu li Daniel Maldini falla test tad-droga

0
51

Cagliari ċaħdu r-rapporti li l-player tagħhom, Daniel Maldini, falla test tad-droga wara inċident bil-karozza f’Milan il-Ħadd filgħodu. 

Il-club Taljan ħabbar li t-testijiet tossikoloġiċi kollha li sarulu rriżultaw negattivi.

Maldini kien involut f’inċident għall-ħabta tal-5:15 am fi Piazza Caneva, ftit sigħat wara li skorja l-penalty rebbieħ ta’ Cagliari fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Atalanta f’Bergamo. 

L-attakkant ta’ 24 sena kien qed isuq Porsche Carrera meta allegatament naqas milli jagħti l-preċedenza lil Volkswagen Golf.

Il-pulizija u l-ambulanzi marru fuq il-post, iżda fortunatament ħadd mill-persuni involuti ma sofra ġrieħi serji. 

Madankollu, Maldini kellu l-liċenzja tas-sewqan ikkonfiskata wara li falla test tal-breathalyser. 

Rapporti preċedenti kienu qalu wkoll li falla test preliminari għall-użu tad-droga.

Cagliari insistew li t-testijiet kollha li sarulu wara l-inċident kienu negattivi. Il-klabb ikkonferma wkoll li Maldini kellu jingħaqad regolarment mat-team fit-taħriġ ta’ wara nofsinhar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here