Monday, September 14, 2026
Home Sport Maya Lucia tirritorna tilgħab f’Malta … tiffirma ma’ Valletta FC

Maya Lucia tirritorna tilgħab f’Malta … tiffirma ma’ Valletta FC

0
58

Il-plejer internazzjonali Maltija Maya Lucia se tkun qed tirritorna tilgħab f’Malta hekk kif iffirmat ma’ Valletta FC, f’mossa li tkompli ssaħħaħ il-proġett ambizzjuż tal-klabb fil-futbol tan-nisa.

Lucia għandha esperjenza vasta barra minn xtutna, wara li lagħbet fl-Italja, il-Kroazja, il-Polonja u Ċipru, fejn irnexxielha wkoll tirbaħ unuri kemm fil-Kroazja kif ukoll f’Ċipru.

Il-plejer Maltija esprimiet l-eċitament tagħha għar-ritorn f’pajjiżha u saħqet li tinsab lesta biex tiġġieled għal aktar suċċess, din id-darba bil-flokk ta’ Valletta FC.

Lucia qalet li l-ambizzjonijiet kbar tal-klabb fil-futbol tan-nisa jirrappreżentaw pass’l quddiem għall-futbol tan-nisa f’Malta, hekk kif Valletta qed ikomplu jinvestu f’dan is-settur.

Il-wasla tagħha kienet imħabbra wara kampanja ta’ teasers u reels fuq il-mezzi soċjali tal-klabb, li ħolqu antiċipazzjoni kbira fost il-partitarji u l-pubbliku Malti.

Ir-ritorn ta’ Maya Lucia f’Malta jżid element ieħor ta’ esperjenza u kwalità mal-iskwadra ta’ Valletta, bil-klabb jibqa’ jħares lejn l-objettiv li jikkompeti għall-unuri fil-futbol tan-nisa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here