Monday, September 14, 2026
Home Sport Podju doppju storiku għal Malta fl-IRONMAN 70.3 f’Belgrade hekk kif Borg u...

Podju doppju storiku għal Malta fl-IRONMAN 70.3 f’Belgrade hekk kif Borg u Bonavia jiksbu t-tieni u t-tielet post

0
49

Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru – It-triatleti Maltin kisbu riżultat storiku fl-IRONMAN 70.3 Belgrade, hekk kif Graham Borg u Josef Bonavia kisbu rispettivament it-tieni u t-tielet post fil-kategorija ta’ l-eta’, u saru l-ewwel żewġ atleti Maltin li telgħu fuq l-istess podju f’tellieqa tal-IRONMAN 70.3.

Graham Borg fit-tieni post, b’Personal Best Ġdid

Graham Borg kellu prestazzjoni eċċellenti biex spiċċa fit-tieni post fil-kategorija tal-età, wara li temm l-għawma ta’ 1.9 km, ir-rota ta’ 90 km u l-ġirja ta’ 21.1 km f’4:16:06, fl-aqwa ħin personali tiegħu fl-IRONMAN 70.3.

Borg beda b’saħħtu fl-għawma, ħareġ mill-ilma f’27:58, biex stabilizza l-pozzizjoni tiegħu fit-tielet post tal-kategorija tiegħu.

Huwa mbagħad kellu l-aktar split veloċi fuq ir-rota fil-kategorija tal-età tiegħu, fejn temm il-korsa ta’ 90 km f’2:13:09, b’veloċità medja ta’ 40.62 km fis-siegħa. Din il-prestazzjoni qawwija fuq ir-rota tellgħetu fl-ewwel post fil-kategorija tiegħu, pożizzjoni li żamm sal-checkpoint ta’ 8.9 km fil-ġirja.

Borg żamm il-forma tiegħu matul l-aħħar parti tat-tellieqa u temm in-nofs maratona

f’1:27:58, b’pass medju ta’ 4:13-il minuta kull kilometru, biex assigura t-tieni post u post fuq il-podju.

Dan ir-riżultat kien it-tieni podju ta’ Borg f’kompetizzjoni tal-IRONMAN 70.3, wara li kien spiċċa fit-tieni post fl-2017.

Barra minn hekk, il-ħin ta’ 4:16:06 jirrappreżenta ‘personal best’ ġdid fuq id-distanza tal-IRONMAN 70.3. Il-‘personal best’ preċedenti tiegħu kien ġie stabbilit f’Awwissu tal-2018, ftit qabel waqfa twila mill-kompetizzjoni. Għalhekk, ir-ritorn tiegħu fuq il-podju flimkien ma’ personal best ġdid jagħmel dan ir-riżultat pass importanti fil-karriera internazzjonali tiegħu fit-triatlon.

Josef Bonavia jikseb tielet post fuq l-podju bl-aktar ġirja veloċi fil-Kategorija

Josef Bonavia kellu wkoll prestazzjoni eċċellenti biex kiseb it-tielet post fil-kategorija M45–49, u temm it-tellieqa f’4:16:52.

Bonavia ħareġ mill-ilma fis-seba’ post fil-kategorija tiegħu, qabel ma għamel progress

sinifikanti fil-ħin fuq ir-rota. Huwa temm il-korsa ta’ 90 km f’2:13:54, b’veloċità medja ta’

40.39 km fis-siegħa, u kiseb ir-raba’ l-aktar split veloċi fuq ir-rota fil-kategorija M45–49. Dan tellgħu fis-sitt post qabel ma beda l-aħħar dixxiplina – in-nofs maratona.

L-aħjar prestazzjoni tiegħu waslet fil-ġirja.

Bonavia temm in-nofs maratona ta’ 21.1 km f’1:23:45, b’pass medju ta’ 4:00 minuti kull kilometru, u rreġistra l-aktar split veloċi fil-ġirja fil-kategorija M45–49.

Il-pass konsistenti tiegħu matul il-ġirja ippermettielu jkompli jagħmel progress fl-aħħar stadji tat-tellieqa u jikseb post fuq il-podju tal-kategorija.

Bonavia spiċċa biss 46 sekonda wara Borg, u b’hekk il-finitura saret waħda partikolarment memorabbli għall-atleti Maltin, hekk kif it-tnejn iġġieldu għall-pożizzjonijiet tal-fidda u l-bronż fl-aħħar kilometri.

Riżultat Storiku għat-Triatlon Malti

Il-prestazzjonijiet ta’ Graham Borg u Josef Bonavia kienu tassew qrib xulxin, b’46 sekonda biss jisseparaw liż-żewġ atleti Maltin fil-linja tal-finish.

Borg bena l-vantaġġ tiegħu fl-għawna u prinċipalment fuq ir-rota, fejn irreġistra ħin ta’ 2:13:09 – 45 sekonda aktar veloċi minn Bonavia – u kiseb l-aktar split veloċi fil-kategorija M45–49.

Bonavia, min-naħa l-oħra, kellu l-aħjar prestazzjoni fil-ġirja. In-nofs maratona tiegħu ta’ 1:23:45 kienet 4 minuti u 13-il sekonda aktar veloċi minn dik ta’ Borg, u kienet ukoll l-

aktar run split veloċi fil-kategorija M45–49.

Id-differenza fil-qawwiet taż-żewġ atleti wasslet għal finali drammatika, b’Borg iżomm il-vantaġġ miksub fl-għawma u fuq ir-rota biex kiseb it-tieni post f’4:16:06, filwaqt li l-ġirja eċċellenti ta’ Bonavia tellgħetu mis-sitt post għat-tielet post fuq il-podju, b’ħin ta’ 4:16:52.

Kemm Borg kif ukoll Bonavia ilhom għal bosta snin jirrappreżentaw lil Malta

f’kompetizzjonijiet internazzjonali u għandhom esperjenza estensiva kemm fuq id-distanza tal-IRONMAN 70.3 kif ukoll fuq dik tal-IRONMAN sħiħ.

Madankollu, il-podju doppju fl-IRONMAN 70.3 Belgrade jirrappreżenta ħafna aktar minn żewġ pożizzjonijiet individwali fuq il-podju. Dan huwa riżultat storiku għat-triatlon Malti, hekk kif żewġ atleti Maltin spiċċaw fuq il-podju fl-istess kategorija tal-età f’avveniment tal-IRONMAN.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here