Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, il-Pulizija f’Miami kellhom jintervjenu wara li mara neżgħet għerwiena u bdiet tagħmel atti indiċenti hekk kif kienet fuq titjira tal-American Airlines lejn Miami
It-titjira tal-American Airlines Flight 1779 telqet mill-ajruport ta’ Washington. F’nofs it-titjira l-membri tal-ekwipaġġ indunaw li fis-siġġu 9D tal-ajruplan kien hemm mara li kienet neżgħet għerwiena u bdiet tagħmel atti indiċenti quddiem il-passiġġieri l-oħrajn.
Il-membri tal-ekwipaġġ informaw lill-pilota b’dak li kien qiegħed jiġri fejn qal li kien se jkompli bit-titjira tiegħu lejn Miami, iżda informa lill-awtoritajiet biex hekk kif jagħmel l-inżul tiegħu jitilgħu fuq l-ajruplan.
S’issa mhux magħruf x’miżuri ħadu l-membri tal-ekwipaġġ biex ikkontrollaw lil mara, iżda hekk kif l-ajruplan wasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Miami, il-mara ġiet arrestata.




