Friday, May 3, 2024

Aktar minn 60 sewwieq ipparteċipaw fit-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa tas-Sibt, 20 ta’ April, u l-Ħadd 21, l-Island Karting Club u Karting Club Malta, flimkien mal-Malta Motorsport Federation, organizzaw it-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far. Id-dedikazzjoni u l-ħila tal-madwar 60 sewwieq li pparteċipaw fi klassijiet differenti, għamlu l-avveniment wieħed divertenti. Dawn li ġejjin huma r-riżultati;

Dayrace Iame Entry Level; L-ewwel Aiden Borg, it-tieni Luca Camilleri u t-tielet Zara Vella.

Dayrace Iame Mini; Sebastian Grima.

Dayrace Entry Level 60cc; Elias Xuereb.

Rotax Micro; L-ewwel Andrei Fenech, it-tieni Yan Camilleri u t-tielet Gabriel Borg.

Mini GR3; L-ewwel Zack Scicluna, it-tieni Matthias Abela u t-tielet Cody Darmanin.

Iame X30 Junior; L-ewwel Dario Mifsud, it-tieni Daniel Abela u t-tielet Luca Tanti.

Rotax Max; L-ewwel Eman Muscat, it-tieni Timothy Zarb; u t-tielet Jack Bugeja.

Iame X30; L-ewwel Kyle Micallef, it-tieni Kian Gauci, u t-tielet Miguel Grech.

Iame X30 Master; L-ewwel Keith Micallef, it-tieni Sandro Bugeja, u t-tielet Brandon Agius Zammit.

Vortex Anzjan; L-ewwel Micah Scicluna, it-tieni Ryan Borg, u t-tielet Claude Brincat.

Vortex Master; L-ewwel Glenn Vassallo, it-tieni Charlon Mifsud, u t-tielet Joseph Mifsud.

Is-Sibt waranofsinhar, is-sewwieqa u dawk kollha fil-Korsa ta’ La Reve kellhom żjara sorpriża minn Zachary David. Zachary David huwa sewwieq li, sa ftit ta snin ilu, kien qed jikkompeti fl-istess kampjonat hawn Malta u bħalissa qed jikkompeti fil-Formula Regional EU by Alpine, klassi meqjusa bejn il-klassijiet F4 u F3 b’Liċenzja Internazzjonali tat-tlielaq Maltija maħruġa f’isem l-Federazzjoni Internazzjonali ta l’Awtomobilżmu mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport.

Ir-rawnd li jmiss tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting 2024, huwa skedat għas-Sibt, 13 ta’ Lulju, u l-Ħadd, 14 ta’ Lulju, fit-trakka La Reve f’Ħal Far. L-antiċipazzjoni li naraw il-kompetizzjoni intensa u l-prestazzjonijiet eċċellenti hija waħda kbira.

Sport