Wednesday, March 27, 2024

Aktar minn €1,000,000 miġburin għall-Malta Community Chest Fund

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-somma li nġabret waqt xandira ta’ 12-il siegħa bl-isem ‘Għinuna Ngħinukom’, li ġiet organizzata minn The Malta Community Chest Fund Foundation ilbieraħ il-Ħadd, l-20 ta’ Settembru 2020, kienet ta’ €1,010,985.

Id-deċiżjoni li ssir din l-attività, li xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali kollha, ittieħdet sabiex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-donazzjonijiet minħabba l-imxija tal-COVID-19. Kaġun tar-restrizzjonijiet li ddaħħlu sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus, avvenimenti annwali li kienu jgħinu biex l-organizzazzjoni filantropika nazzjonali jkollha l-fondi meħtieġa – inklużi wħud ta’ skala kbira bħar-Rockestra u l-Fun Run – kellhom jitħassru, u dan ċaħħad lill-Community Chest Fund minn fondi imprezzabbli biex tgħin lil min għandu bżonn. Barra minn dan, xi imprendituri li kienu fuq quddiem bid-donazzjonijiet tagħhom, għaddejjin minn żmien diffiċli u jistgħu jaffordjaw biss donazzjonijiet iċken, jew saħansitra xejn.

Fi tmiem ix-xandira tal-ġbir ta’ fondi, il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella rringrazzjaw lill-poplu Malti għall-qalb kbira li għandu u lit-tim kollu li għamel din ix-xandira possibbli fi żmien tant qasir. 

Il-linji tad-donazzjonijiet jibqgħu miftuħin u l-pubbliku huwa mistieden ikompli jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu fuq dawn in-numri: 5100 2020 – €20; 5190 2030 – €50; 5130 2000 – €100, 2126 2626 – wegħdiet ta’ donazzjonijiet ta’ €300 jew aktar; 5061 9201 (SMS) – €11.65; 7935 9565 – BOV Mobile Pay.

Ekonomija

Sport