Friday, November 22, 2024

Aktar minn ħames rapporti ta’ vjolenza domestika kuljum

Statistika ta’ vjolenza domestika għas-sena 2021

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dan is-sit talab lill-Korp tal-Pulizija l-aħħar statistika ta’ rapporti li saru fuq vjolenza domestika f’Malta. Fl-2021 biss, lokalment saru total ta’ 1,932 rapporti b’1,414 min-nisa u 518 minn irġiel, medja ta’ 5.3 rapporti kuljum. L-aktar abbuż irrapportat miż-żewġ sessi kien dak ta’ ħsara psikoloġika b’ammont ta’ nisa vittmi sew aktar mid-doppju tal-irġiel. 

Fil-fatt, is-sena l-oħra kien hemm 940 mara li rrikorriet għand il-Pulizija biex tirrapporta vjolenza domestika f’forma ta’ ħsara psikoloġika. Mentri rġiel kien hemm 349. Din l-istatistika turi li t-tieni l-aktar abbuż soffert bejn l-erba’ ħitan tad-djar kien dak ta’ forza fiżika li kkawżat ġrieħi ħfief (slight bodily harm) fuq 392 mara. Kien hemm 131 irġiel li sofrew din it-tip ta’ vjolenza domestika u rrapportaw għand il-Pulizija. 

Il-problema ta’ vjolenza domestika f’Malta hija wkoll f’forma ta’ stalking, meta persuna tkun segwita kontra l-volontà tagħha. Fl-2021 43 mara rrapportat li sofriet minħabba stalking mentri fejn jidħol is-sess maskili, l-ammont f’din il-kategorija kien ta’ tlieta biss. 

Dwar vjolenza domestika li rriżultat f’feriti gravi għall-vittmi, il-Pulizija ħadet 24 rapporti min-nisa u 22 minn irġiel. Hawnhekk l-ammont huwa viċin ħafna bejn iż-żewġ sessi. 

Sport