Saturday, December 21, 2024

“Aktar minn nofs ta’ dawk li rċevew l-istedina għar-raba’ doża aċċettaw li jitlaqqmu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa tkellem ukoll dwar figuri li juru li aktar min-nofs dawn li rċevew l-istedina tar-raba’ doża, aċċettaw. Huwa fakkar li meta issa għaddew xhur mill-ewwel każi tal-virus, il-poplu bħal inaqqas il-biża’ tiegħu mill-virus u b’hekk li f’pajjiżna l-perċentwal ta’ dawk li aċċettaw l-istedina jaqbeż il-50 fil-mija jibqa’ riżultat sodisfaċenti.

“Studju maħruġ ftit tal-jiem ilu jikkonferma li dawk li għandhom aktar minn 65 sena, bl-ewwel booster ikollhom diġà riskju minimu li jlaqqtu l-virus, bit-tieni booster, ir-riskju jkompli jonqos għal kważi xejn”, tenna Fearne filwaqt li kompla bl-appell tiegħu biex dawk il-persuni ta’ 65 sena jew aktar jilqgħu l-istedina biex jitlaqqmu. Fl-istess waqt stieden lil dawk kollha li għal xi raġuni tilfu l-appuntament tal-istedina tagħhom biex iċemplu l-145 u jibbukjaw għat-tieni doża tal-booster. Huwa żied jgħid li s-servizz tat-tilqim f’pajjiżna jibqa’ bla ħlas u fuq bażi volontarja.

Ekonomija

Sport