Thursday, April 25, 2024

Aktar problemi għal Sandro Tonali

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża ħarġet stqarrija fejn qed takkuża lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Taljan Sandro Tonali li wettaq madwar 50 imħatra bejn it-12 t’Awwissu u t-12 t’Ottubru. Dawn l-akkużi huma differenti minn dawk li qed jaffaċċja fl-Italja fejn hu ġie sospiż ukoll.

Tonali, li jilgħab ma’ Newcastle United qed jiġi akkużat mill-federazzjoni Ingliża li kiser ir-regoli li plejer li jilgħab fil-Premier League Ingliż normalment irid iżomm ‘il bogħod minn kull tip ta’ mħatri speċjalment dawk relatati mal-futbol.

Tonali għandu sal-5 t’April li ġej sabiex jappella minn dawn l-akkużi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport