Friday, April 26, 2024

Jose Mourinho jikkunsidra offerta mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ ġurnalist Taljan, l-eks kowċ ta’ Roma, Real Madrid, Chelsea u Manchester United, Jose Mourinho, faħħar id-deċiżjoni ta’ Cristiano Ronaldo li ftit tas-snin ilu mar jilgħab fl-Arabja Sawdija u fetaħ il-bibien sabiex aktar plejers imorru jagħmlu dan il-pass.

Mourinho faħħar l-istrateġija tas-Sawditi li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna fejn qed jattiraw numru ta’ plejers ta’ isem.

Meta mistoqsi jekk jikkunsidrax imur jikkowċja hemmhekk, Mourinho qal li qatt ma jista’ jirrifjuta offerta li tista’ ssirlu minn klabb minn dan il-pajjiż u fisser ruħu kurjuż kif ikun l-ambjent hemmhekk.

Sport