Sunday, December 29, 2024

AKTAR RIFORMI FIS-SETTURTAL-KOSTRUZZJONI

Aqra wkoll

Settur li matul is-snin qanqal kontroversja bla dubju kien is-settur tal-kostruzzjoni. Settur li ġie fuq fomm kulħadd partikolarment wara li jkun seħħ xi inċident gravi jew fatali.

Mhux biss. Imma wkoll qanqal diskussjoni fost ħafna tant li kien hawn min ikkundanna l-iżvilupp bla rażan meta fl-istess ħin huwa wieħed mill-pilastri talekonomija nazzjonali.

Il-qasam tal-bennejja, b’mod partikolari, kien ilu ma jiġi riformat għal aktar minn seklu sħiħ. Issa s-sitwazzjoni bdiet tieħu żvolta oħra bir-riformi kontinwi li qed jiġu introdotti f’dan is-settur.

Riformi li se jkunu ta’ serħan il-moħħ għall-ħaddiema, għaċ-ċittadini u dawk li b’xi
mod se jkunu milqutin minn żvilupp li jkun qiegħed iseħħ qrib tagħhom. Biex dawn ir-riformi jkunu effettivi, fil-jiem li għaddew ġie introdott il-helpline 138 li se jkun għas-servizz tal-pubbliku 24 siegħa kuljum.

Dan bil-għan li dawk li jkollhom xi diffikultà jew biżgħa issa għandhom fejn jirrikorru. Jidher li dan il-helpline kien suċċess sa mit-tnedija tiegħu tant li
fl-ewwel 24 siegħa daħlu mas-70 telefonata u dan għadu biss il-bidu.

Kumplimentari għal dan, l-awtoritajiet se jimbarkaw fuq kampanja serja ta’ għarfien bil-għan li ċ-ċittadin jiġi megħjun bl-aħjar mod possibbli kemm-il darba jiltaqa’ ma’ diffikultajiet fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Dan kollu jorbot flimkien malkatina ta’ servizzi offruti li bihom mhux biss se jitwettqu riformi bla preċedent iżda wkoll għandhom lgħan li jgħollu l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni.

It-tnedija ta’ dan il-helpline kienet waħda li kienet tirrikjedi impenn sħiħ kemm mill-awtoritajiet rispettivi kif ukoll minn servizz.gov. Qed jiġi analizzat ukoll is-servizz li qiegħed jingħata biex l-aġenti li qed jipprovduh ikunu aġġornati u fl-istes waqt ikomplu jiġu introdotti aktar servizzi biex iċ-ċittadini jsibu l-punt ta’ referenxa permezz ta’ dan ilhelpline.

Sadanittant, f’dawn il-jiem ġew ippubblikati r-regolamenti dwar il-liċenzja tal-bennejja. Dan huwa pass ieħor li jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jirriforma dan is-settur b’konformita’ mal-manifest elettorali kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika li kienet saret dwar il-mewta traġika tażżagħżugħ Jean Paul Sofia.

Dawn ir-regolamenti ma seħħewx fl-arja imma huma frott ta’ konsultazzjoni
pubblika wiesgħa li kienet inbdiet is-sena l-oħra.

Ekonomija

Sport