Sunday, November 10, 2024

Aktar riżenji fil-Partit Nazzjonalista

Issa kien imiss lil Simon Vella Gregory - Direttur tal-Komunikazzjoni

Aqra wkoll

Id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalita llum tefa’ r-riżenja tiegħu minħabba “raġunijiet personali”.

Simon Vella Gregory għamel f’dan il-post kważi sena hekk kif ġie maħtur bil-barka tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech f’Diċembru tal-2021.

Fil-fatt, hu kien approvat fil-kariga bl-approvazzjoni tal-Kunsill Amministrattiv wara rakkomandazzjoni tal-Kap.

Mill-2020 hekk kif Bernard Grech ħa t-tmexxija tal-Partit f’idejh dan hu t-tieni direttur tal-komunkazzjoni li rriżenja. L-ewwel kien hemm Alessandro Farrugia li wkoll kien irriżenja minħabba raġunijiet personali.

Sorsi qrib sew id-Dar Ċentrali, il-Kap Bernard Grech irid li postu jieħdu Dione Borg, però l-istess sorsi qalulna li fazzjoni tal-partit trid tinnomina lil xi ħadd ieħor. Is-sorsi qalulna li Vella Gregory ma setax jibqa’ jaħdem bejn żewġ fazzjonijiet u anke aktar minn tnejn. Kien għalhekk li għażel li ma kellux triq oħra ħlief li jitlaq.

Id-diżgwid fil-Partit Nazzjonalista issa ilu għaddej għal snin sħaħ b’sensiela ta’ riżenji fosthom anke deputati u uffiċjali għoljin tal-partit.

Sport