Wednesday, April 24, 2024

Al-Nassar joffru lil Ronaldo €234 miljun f’kuntratt ta’ tliet snin

Aqra wkoll

Il-club tal-Arabja Sawdija, Al-Nassr, jinsab lest li joffri lil Cristiano Ronalo €78 miljun fis-sena b’kuntratt ta’ tliet staġuni … għal total ta’ €234 miljun!

L-attakkant Portugiż bħalissa jinsab mingħajr club wara li laħaq ftehim ma’ Manchester United biex jittermina l-kuntratt tiegħu.

Dan seħħ wara li huwa attakka lil club u dak kollu ta’ ġo fih waqt intervista fuq il-media soċjali.

Għaldaqstant, Cristiano Ronaldo qed ifittex destinazzjoni ġdida. Fl-Arabja Sawdija hemm clubs li jixtiequ s-servzzi ta’ dan il-player ta’ 37 sena. 

Madankollu, Al-Nassr, poġġew fuq il-mejda dan il-pakkett finanzjarju li Ronaldo ma jistax jirrifjuta. 

Sport