Wednesday, April 24, 2024

Karkariż iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar wara li għall-ħabta tas-6:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Mnn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Fiesta, misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur Honda PCX, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Birkirkara.

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport