Sunday, September 8, 2024

Al Nassr jibdew diskussjonijiet ma’ Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Al Nassr qed jibżgħu li jitilfu lil Cristiano Ronaldo ladarba jagħlaqlu l-kuntratt tiegħu fis-sajf tas-sena d-dieħla. Id-diriġenti ta’ dan il-klabb diġa’ bdew diskussjoni mal-istess Ronaldo sabiex dan jibqa’ għal iktar żmien fl-Arabja Sawdija.

Il-plejer stilla ta’ 39 sena jitħallas €200 miljun kull staġun u hu meqjus ukoll bħala simbolu ekonomiku tal-klabb minħabba li l-marka tiegħu tiġġenera ħafna qligħ minn sponsors u dħul ieħor.

L-istess Al Nassr saħansitra qed toffri lil Ronaldo rwol fl-amministrazzjoni tal-klabb ġaladarba jiddeċiedi li jirtira mill-futbol.

Ekonomija

Sport