Thursday, May 16, 2024

Diego Godin se jilgħab ma’ tim tad-dilettanti

Aqra wkoll

Wara li ddeċieda li jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejje, l-eks plejer ta’ Atletico Madrid, Diego Godin, reġa’ bdielu hekk kif iffirma ma’ tim amatorjali mill-Urugwaj Centro Recreativo Porongos Futbol Club. Dawn tal-aħħar laqgħu lil Godin u sostnew li se joffri esperjenza kbira għalhom u għal dawk li forsi m’għandhomx livell ta’ futbol ta’ barra minn hawn.

Godin iffirma sal-aħħar ta’ din is-sena u qal li mhux qed ifittex fama jew flus iżda li jkompli jilgħab il-logħba li tant iħobb.

Sport