Sa nhar l-Erbgħa li ġej, AS Roma jridu jkunu jafu l-intenzjonijiet tal-attakkant tagħhom Paulo Dybala. Dan tal-aħħar qed jiġi attirat minn offerta minn Al-Qadsiah, klabb mill-Arabja Sawdija. Huma qed jipproponu kuntratt ta’ tliet snin b’€20 miljun flimkien ma’ xi bonuses għal total ta’ €65 miljun.
Id-diriġenti Sawditi qed ikellmu lil dawk ta’ Roma u hemm konvinzjoni li mistennija jaslu fejn jixtiequ.
Dybala għandu 30 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Instituto, Palermo, Juventus u Roma.