Saturday, September 26, 2026
Home Sport Żvelata l-injury ta’ Kylian Mbappe mill-club tiegħu Real Madrid wara li weġġa’...

Żvelata l-injury ta’ Kylian Mbappe mill-club tiegħu Real Madrid wara li weġġa’ ma’ Franza

0
53

Kylian Mbappe ġie djanjostikat bi stirament tal-ligament  fuq wara tal-irkoppa tax-xellug wara li kellu jħalli l-iskwadra ta’ Franza minħabba injury li sofra fil-partita kontra t-Turkija.

Mbappe kien fil-formazzjoni inizjali tat-team ta’ Franza f’partita mill-UEFA Nations League li huma rebħu bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal mill-istess Mbappe. 

Madankollu, wara li rċieva l-kura u għal ftit irritorna fil-ground, l-attakkant ta’ 27 sena reġa’ waqa’ u ma setax ikompli jilgħab. Għaldaqstant huma nħareġ mill-ground, fit-58 minuta. 

L-FA Franċiża, inizjalment iddeskriviet l-injury bħala problema fl-għerq tal-irkoppa u kkonfermat li Mbappe kien se jirritorna Madrid għal aktar eżamijiet. Real Madrid imbagħad ħabbar dijanjosi aktar speċifika wara t-testijiet li saru mis-servizzi mediċi tal-club.

Għaldaqstant, Mbappe ħalla l-iskwadra Franċiża u rritorna għand Real Madrid biex ikompli l-proċess ta’ rkupru. S’issa ma ġie mħabbar l-ebda perjodu ta’ assenza u lanqas data mistennija għar-ritorn tiegħu.

L-injury seħħet fl-ewwel partita ta’ Zinedine Zidane bħala c coach ta’ Franza. Il-goal ta’ Mbappe kien biżżejjed biex Franza kisbet bidu rebbieħ taħt il-coach il-ġdid, iżda l-injury tiegħu tappnet xi ftit din ir-rebħa. 

L-attenzjoni issa hija fuq il-kundizzjoni ta’ Mbappe u jekk hux se jkun disponibbli għal Real Madrid. Il-club Spanjol se jkompli jissorvelja l-irkupru tiegħu wara li l-eżamijiet ikkonfermaw l-istirament tal-ligament  fuq wara tal-irkoppa tax-xellug

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here