Saturday, December 14, 2024

Albaniż fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 22 sena residenti Ħal Tarxien jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6.30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Yaris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti ż-Żejtun.

L-Albaniż ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport